Glenn Bedingfield B’Ittra Miftuħa Lil Desmond Zammit Marmara
“Mhux normali illi nikkummenta fuq affarijiet li jkun kiteb ħaddieħor. Iżda llum ħassejt li għandi nikteb ittra miftuħa lil Desmond Zammit Marmara għaliex il-poplu mhux injorant u l-intelletwali m’għandu ebda jedd illi jiġġudika lil ħadd.”
Hekk kiteb il-whip tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-Onorevoli Glenn Bedingfield fuq il-midja soċjali tiegħu wara artiklu li deher minn Zammit Marmara fit-Times of Malta bħala opinjoni. Fost kummenti li kiteb, fih qal: “ruined by brainless idiots whose only contribution to politics is simply repeating what they are presented with by the Labour media”.
Fl-ittra Glenn Bedingfield jgħidlu li l-intellatwalità tiegħu ma ttiehx dritt li jipponta subgħajh lejn oħrajn u jgħajjarhom lagħqa, stupidi, injoranti u li jiġġudikahom għax sempliċiment ma jaqblux miegħu “jew aħjar, m’għadekx taqbel magħhom.”
“Il-poplu Malti eleġġa l-Partit Laburista fil-Gvern għaliex kellna u għad għandna policies tajbin. Minn kitbietek jidher li għandek problema mal-Partit Laburista u n-nies li jappoġġjawħ”, kiteb Bedingfield fejn fisser kif tal-Partit Laburista jafu li m’humhiex partit perfett iżda m’humhiex suppervi biex jgħidu li dejjem u f’kollox għandhom raġun.
Aktar l-isfel fil-kitba tiegħu, Glenn tenna li jiddispjaċieh meta jara lil min jinqeda bil-Partit Laburista taħt xi forma ta’ skuża jew oħra, u juża l-Partit Laburista għall-iskop tiegħu mbagħad meta tfittex ir-riżultati ma ssibhomx.
“Kburi li ħdimt taħt kull mexxej minn Karmenu Mifsud Bonnici ‘il quddiem. Kburi li nagħmel parti mil-Partit Laburista anke jekk tgħajjar injorant lili u lill-maġġoranza tal-poplu Malti li jaħsibha bħali. Il-Partit Laburista huwa partit tal-poplu, u l-poplu mhux injorant”, temm jgħid l-Onorevoli Glenn Bedingfield.
Ara iżjed f’dan il-post…