Il-Fakultà Għat-Tisħiħ Tas-Soċjetà Se Tkun Qed Tippromwovi L-Korsijiet Tagħha B’Mod Differenti…
Il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà dan l-aħħar ġimgħat kienet qed taħdem flimkien mal-kantant Ivan Grech u persuni oħra sabiex permezz tal-kanzunetta tiegħu ‘Somebody Like You’ jitwassal messaġġ.
Il-Fakultà nediet filmat żgħir ta’ dak li se jkunu qed iniedu b’mod sħiħ fil-jiem li ġejjien sabiex iħajjru aktar persuni jibdew kors Universitarju fil-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà.
Bla dubju dan huwa mod aktar attraenti ta’ promozzjoni speċjalment biex il-Fakultà tilħaq aktar żgħażagħ. Id-diska titkellem dwar kif kull persuna hija unika, u kif il-komunità li ngħixu fiha trid tibda tapprezza dan il-fatt u d-differenza bejnietna.
Ara l-filmat: