“Il-Fażi Akuta Tal-Pandemija Tista’ Tintemm Din Is-Sena…B’Kundizzjoni Waħda…” – WHO

 “Il-Fażi Akuta Tal-Pandemija Tista’ Tintemm Din Is-Sena…B’Kundizzjoni Waħda…” – WHO

Il-kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qal li l-fażi akuta tal-pandemija tista’ tintemm din is-sena, jekk 70% tal-popolazzjoni tad-dinja titlaqqam bil-vaċċin kontra l-Covid-19.

“L-aspettattiva tagħna hi li l-fażi akuta ta’ din il-pandemija tintemm din is-sena, naturalment b’kundizzjoni waħda, li tintlaħaq il-mira ta’ vaċċinazzjoni ta’ 70%. Il-mira tagħna hi li din tintlaħaq sa nofs din is-sena, madwar Ġunju, Lulju,” qal Tedros Adhanom Ghebreyesus, lill-ġurnalisti fl-Afrika t’Isfel ilbieraħ.

Il-kap tal-WHO qal li jekk dan iseħħ u l-mira tintlaħaq, “allura l-agħar tal-pandemija jkun għadda u nkunu nistgħu nibdew inħarsu lejn it-tmiem tal-pandemija, però dan kollu jiddependi minnkom.”

Huwa kien qed iżur il-kumpanija ‘Afrigen Biologics and Vaccines’ fl-Afrika t’Isfel li qed taħdem fuq l-ewwel vaċċin  kontra l-Covid-19 fil-kontinent Afrikan.

Ritratt: aljazeera.com

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com