Il-Gvern Se Jagħti Lura Lin-Nies L-Art Taż-Żonqor U Spazju Bejn Bormla U L-Isla Li Kienu Se Jiġu Żviluppati Mill-AUM

Ilbieraħ, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Gvern se jagħti lura lin-nies, l-art taż-Żonqor u spazju bejn Bormla u l-Isla. Dawn kienu se jiġu żviluppati bħala parti mill-Università Amerikana ta’ Malta.
Qal dan fil-programm XTRA ppreżentat minn Saviour Balzan. Il-Prim Ministru Robert Abela spjega kif il-Gvern sema’ lin-nies u l-art verġni ser terġa’ tingħata lura lin-nies.
Abela qal kif dan huwa l-mod kif isiru l-affarijiet fejn proġett ma jitkissirx iżda ssir ri-dimensjoni tiegħu.
Tkellem ukoll dwar il-futur sabiħ li qed jaħdem fuqu għal pajjiżna fejn din is-sena mistennija tkun waħda rekord għall-investiment dirett barrani.
Ritratt: ONE News