Il-Jum Dinji Tal-Kanċer: “Hemm Bżonn Ta’ Deċiżjonijiet Importanti Biex Inkomplu Niġġieldu Din Il-Marda Fatali” – L-UE
Illum, fil-Jum Dinji tal-Kanċer, l-Unjoni Ewropeja qed tkompli toħloq għarfien dwar din il-marda serja li tista’ tkun fatali. L-UE qalet li jekk mhux se jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet importanti sabiex tinstab aktar kura, l-imwiet ħa jkunu qed jiżdiedu b’terz ieħor sas-sena 2040.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen nediet il-cancer inequality registry li se jkun qed jgħin lill-Kummissjoni tidentifika dawk il-pajjiżi b’rati għolja ta’ imwiet kawża tal-kanċer u xejriet differenti li jiddistingwu minn pajjiżi oħra. Dan biex ir-rata ta’ mwiet tkompli tonqos kemm jista’ jkun.
Skond informazzjoni li kienet inġabret fl-2018 l-aktar pajjiżi Ewropej bl-għola rata ta’ mwiet kawża tal-kanċer huma l-Ungerija, il-Kroazja u l-Islovakkja.
L-inqas rata ta’ mwiet tinsab fil-pajjiżi ta’ Liechtenstein, Svizzera u l-Finlandja.
Ritratt: Euronews