Il-Katavru Ta’ Paulina Dembska Rrilaxxat Għad-Difna Fil-Polonja
Il-katavru ta’ Paulina Dembska, il-Pollakka ta’ 29 sena li ġiet maqtula xahar ilu f’Tas-Sliema ġie rrilaxxat biex isir il-funeral.
Skond ‘Times of Malta’ il-funeral se jkun qed isir nhar is-Sibt li ġej, fil-Polonja.
Jidher ukoll minn rapport ta’ ‘TVM‘ li familjari ta’ Paulina kienu f’Malta biex jidentifikaw il-katavru tagħha fl-Isptar Mater Dei.
B’rabta ma’ dan, fi ftit sigħat wara sejħa għad-donazzjonijiet kienu nġabru madwar €36,000 sabiex jagħmel tajjeb għal-ispejjeż sabiex il-katavru jkun trasportat fil-Polonja kif ukoll spejjez legali oħra.
Il-każ fil-Qorti b’rabta ma’ dan il-qtil mistenni jkompli nhar il-Ġimgħa li ġej fl-10:00am.