Il-Kummissjoni Elettorali B’Avviż Dwar Il-Ġbir Ta’ Dokumenti Tal-Voti
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċe versa, minn votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mis-6pm tal-Ħamis, 24 ta’ Marzu, 2022.
Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta’ email fuq [email protected] jew permezz ta’ formola, liema formola tista’ tintbagħat jew b’mod personali jew permezz ta’ email.
Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’ fir-Rabat, Għawdex. Id-dati tal-ġbir ikunu mill-21 sal-24 ta’ Marzu, 2022 u dan isir personali mill-votant billi juri l-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.