Il-Kummissjoni Ewropea Fetħet Kawża Kontra L-Gvern Malti Minħabba Li L-Ilma Maħmuġ Qed Jispiċċa Fil-Baħar
Il-Kummissjoni Ewropea fetħet kawża l-Qorti kontra l-Gvern Malti minħabba li ammont kbir ta’ ilma maħmuġ qed jispiċċa fil-baħar.
Fi stqarrija l-kummissjoni Ewropea qalet li Malta naqset milli ssegwi d-direttiva tal-Urban Waste Water Treatment.
Jidher li l-Kummissjoni Ewropea kienet bagħtet ittra biex tavża lill-Gvern Malti b’mod formali dwar din id-direttiva li ma kienetx qed tkun segwita. Għalkemm jidher li kien beda jsir xi ħaġa biex il-Gvern jittratta din il-problema, madankollu dan ma seħħx b’mod totali.
“Dħalna fl-Ewropa għal standards aħjar. Ilkoll irridu baħar sabiħ u bla tniġġis.” Din kienet ir-reazzjoni tal-Kelliem Ewlieni tal-PN Peter Agius fuq il-mezzi soċjali tiegħu.
Huwa qal li, “infaqna €60 miljun f’impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ però jidher ċar li l-flus waħedhom mhux biżżejjed, jeħtieġ il-kompetenza u l-volontà politika biex il-flus tal-Ewropa nħaddmuhom tajjeb.”
Dwar dan tkellem ukoll il-kandidat tal-PN Ivan Castillo fejn permezz ta’ filmat tkellem fuq din il-problema u spjega li l-iktar li qed tkun affettwata hija n-naħa ta’ fuq ta’ Malta.
Huwa qal li l-PN u l-ġurnalisti kemm-il darba tkellmu dwar din il-problema però ma’ ttieħdet l-ebda azzjoni mill-Gvern dwara.
Ivan Castillo semma wkoll li din kienet tfisser problema kbira għall-bdiewa biex isaqqu l-għelieqi għaliex kienu qed jispiċċaw mingħajr ilma minħabba li ma’ kienx qed ikun ta’ kwalità.
Ara l-filmat: