Il-Kumpanija GO Titkellem Dwar Steven Sargent – Il-Vittma Fl-Inċident Tat-Traffiku Fil-Gudja

 Il-Kumpanija GO Titkellem Dwar Steven Sargent – Il-Vittma Fl-Inċident Tat-Traffiku Fil-Gudja

Steven Sargent huwa r-raġel ta’ 42 sena mill-Gudja li lbieraħ tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja.

Steven kien uffiċjali għoli tal-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO.

B’reazzjoni għall-aħbar tal-mewt tiegħu, l-kumpanija GO qalet li l-mewt ta’ Steven hija “telfa kbira fuq ħafna livelli.”

Il-Kumpanija GO qalet li Steven kien il-moħħ u kien qed imexxi l-proġett sabiex Malta tkun minn tal-ewwel pajjiżi fl-UE li jkollha s-servizz ta’ fibre network mal-pajjiż kollu fit-tliet snin li ġejjien.

“Meta kienet tinqala’ xi ħsara, hu kien ikun minn tal-ewwel mat-tim tiegħu biex jerġa’ iġib is-servizz lura fl-iqsar żmien. Għal Steven, il-klijent kien l-ewwel.”

Fil-messaġġ tagħha l-Kumpanija GO qalet li Steven fin-natural tiegħu kien iħobb jgħallem. “Steven kien jagħmel ħafna ħin jgħallem lit-tim tiegħu u jgħinhom ikomplu jikbru fl-għarfien tagħhom biex jkollhom futur sabiħ f’dan il-qasam tat-teknoloġija.”

Dwar il-każ għaddejja inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa waqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar id-dinamika tal-inċident, għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com