Il-Kurunell Clinton O’Neill Inħatar Deputat Kmandant Tal-Forzi Armati Ta’ Malta
Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jħabbar illi l-Kurunell Clinton O’Neill inħatar bħala d-Deputat Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Il-Kurunell O’Neill se jkun qed jieħu post is-Sur Mark Mallia, li serva f’din il-kariga fis-snin preċedenti.
Il-Kurunell O’Neill ilu jservi fil-Forzi Armati ta’ Malta għal disgħa u għoxrin sena u għandu esperjenza vasta fil-qasam marittimu. Fl-2016 huwa ġie appuntat bħala Kurunell tal-Operations, Plans and Intelligence Branch tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Il-Kurunell O’Neill huwa wkoll lettur fil-Maritime Safety and Security Training Centre (MSSTC), fejn jgħallem persuni militari, kemm Maltin kif ukoll barranin, il-proċess tat-Tfittxija u s-Salvataġġ u l-Liġi Marittima fil-Kuntest Operattiv.
Ritratt: MHSE