Il-Lejla L-Ewwel Serata Tal-Malta Eurovison Song Contest – Ser Tarah?
Hekk kif ninsabu ftit sigħat biss ‘il bogħod mir-ritorn tal- Malta Eurovison Song Contest, bla dubju ħafna minnkom jinsabu fuq ix-xwiek għal din il-51 edizzjoni. Oħrajn forsi ma’ tantx jinteresshom wisq u għalhekk il-lejla mhux se jkunu qed isegwu dan il-festival.
Il-lejla hija l-ewwel serata tal-Malta Eurovison Song Contest fejn se jkunu qed jipparteċipaw 22 artist li huma Aidan, Janice Mangion, Nicole Hammett, Sarah Bonnici, Mark Anthony Bartolo, Denise Mercieca, Richard Edwards, Francesca Sciberras, Miriana Conte, Giada, Baklava u Nicole, Derrick Schembri, Norbert Bondin, Raquel Galdes Briffa, Jessica Grech, Matt Blxck, Rachel Lowell, Nicole Azzopardi, Emma Muscat, Malcolm Pisani, Enya Magri u Jessika.
Il-lejla se jintgħażlu 16-il kanzunetta għall-finali tas-Sibt li ġej. Il-vot tal-pubbliku ser ikollu sehem importanti fl-għażla hekk kif ser ikun qiegħed jingħaqad mal-voti ta’ sitt ġurati esperta’.
Il-preżentaturi tal-lejla huma Quinton Scerri, Stephanie Spiteri u Ron Briffa.
Ritratt: TVM