Il-Masġar F’Ġieħ Il-Vittmi Kollha Tal-Covid-19 Jinsab Viċin Li Jitlesta

 Il-Masġar F’Ġieħ Il-Vittmi Kollha Tal-Covid-19 Jinsab Viċin Li Jitlesta

Il-Ġnien li se jkun qed ifakkar il-vittmi kollha tal-Covid-19 jinsab kważi lest.

Dan ħabbru dalgħodu, d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-mezzi soċjali tiegħi.

Dan il-masġar li jinsab f’Raħal Ġdid, quddiem l-MCAST, kien propju fit-8 t’April tas-sena li għaddiet f’għeluq l-ewwel sena mill-ewwel mewt relatata mal-Covid-19 f’Malta li l-Gvern kien ħabbar dan il-proġett biex jsellem l-memorja tal-vittmi tal-Covid-19 permezz ta’ masġar f’ġieħhom.

Sal-bieraħ in-numru ta’ vittmi kawża tal-Covid-19 kien ta’ 579 persuna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com