Il-Mexxej Tal-ISIS Jinqatel F’Operazzjoni Militari Mis-Suldati Amerikani
Operazzjoni militari mis-suldati Amerikani fis-Sirja waslet għall-qtil tal-mexxej tal-ISIS, Abu Ibrahim al-Hashimi al-Qurayshi.
Dan kien ikkonfermat u mħabbar mill-President Amerikan Joe Biden, waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Il-President Biden qal li l-lejl li għadda, il-qawwiet Amerikani għamlu operazzjoni fil-Majjistral tas-Sirja li kienet waħda ta’ suċċess.
Intqal li l-mexxej tal-ISIS al-Qurayshi qatel lilu nnifsu u xi membri tal-familja bili sploda bomba hekk kif induna bis-suldati Amerikani.
Il-President Amerikan qal li waqt din l-operazzjoni ma kien hemm l-ebda mwiet fost is-suldati Amerikani.
Last night, operating on my orders, U.S. military forces successfully removed a major terrorist threat to the world: the global leader of ISIS.
Thanks to the bravery of our troops, this horrible terrorist leader is no more.
— President Biden (@POTUS) February 3, 2022
Ritratt: Euronews