Il-Ministru Evarist Bartolo Jgħid Li L-UE Għandha Tkun Protagonista Mhux Spettatur

 Il-Ministru Evarist Bartolo Jgħid Li L-UE Għandha Tkun Protagonista Mhux Spettatur

L-Unjoni Ewropea għandha tkun protagonista u mhux spettatur biex nibnu Arkitettura Ewropea ta’ Sigurtà li thares is-sovranita’, is-sigurtà u biex insibu mod kif nghixu flimkien. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo qal dan f’diskussjoni pubblika dwar il-programm u l-prijoritajiet tal-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE organizzata minn Servizzi Ewropej F’Malta u l-Ambaxxata ta’ Franza għal Malta.

Il-Ministru Bartolo qal li l-UE għandha tkun ambizzjuża u timbotta għall-valuri tagħha, iżda trid tkun sensittiva wkoll għar-realtajiet tal-viċinat u tar-reġjuni.

Il-Ministru qal li din hija wkoll prijorità għall-Presidenza u faħħar lill-President Franċiż Emmanuel Macron talli rrappreżenta l-interessi tal-UE f’taħditiet mar-Russja u l-Ukrajna, rispettivament, fi żmien ta’ tensjonijiet akbar.

Il-Ministru Bartolo qal li bhala UE ghandna nkunu realistici u umli u nippruvaw nifhmu l-kultura, l-istorja u l-interessi tal-pajjiżi l-oħra biex nahdmu ghall-gid komuni.

‘Jeħtieġ pjan strateġiku kif kumpanniji Ewropej u kumpanniji Afrikani jaħdmu flimkien għall-ħolqien tal-ġid u x-xogħol. Jeħtieġ li naħdmu flimkien bħala UE, Afrika, Unjoni għall-Mediterran għall-attività kummerċjali biex noħolqu ġid u impjiegi biex nipprovdu futur għaż-żgħażagħ Afrikani li qed jħallu pajjiżhom peress li m’għandhomx futur.’

Il-Ministru Bartolo qal li rridu norbtu flimkien ħidma regjonali u globali biex ngħinu lil xulxin nersqu lejn dinja li tuża enerġija nadifa u ngħinu fl-iżvilupp ta’ pajjizi mnejn jitilqu l-immigranti irregulari ghax iħossuhom
bla futur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com