Il-PL Jgħid Li Kull Argument Li Ġab Il-PN Dwar Il-Prim Ministru Mhuwa Xejn Għajr Spin

 Il-PL Jgħid Li Kull Argument Li Ġab Il-PN Dwar Il-Prim Ministru Mhuwa Xejn Għajr Spin

“L-istqarrija tal-Oppożizzjoni dalgħodu terġa’ tixhed partit mehdi fil-passat, li f’kull sena ta’ elezzjoni ġenerali jara liema gidba se jipprova jaqbad magħha. Hekk jagħmel min m’għandux ideat għall-futur.”

Din kienet ir-reazzjoni tal-Partit Laburista dwar dak li kien rapportat dalgħodu fuq allegat negozju ta’ propjetà li kien involut fiha l-Prim Ministru ma’ persuni li allegatament huma nvoluti fil-kriminalità.

Il-PL saħaq li l-Prim Ministru kien ċar kristall u trasparenti meta minn jeddu ta dettalji lill-ġurnalisti dwar affarijiet li huma pubbliċi.

“Għalhekk kull argument li ġab il-Partit Nazzjonalista fl-istqarrija tiegħu mhuwa xejn għajr spin.”

Il-PL kompla jgħid li jekk hemm xi ħadd li evada t-taxxa bil-provi huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech. “Il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa tax evader professjonali.”

Fl-istqarrija ntqal li sal-lum għadu lanqas biss iddikjara minn fejn ġab l-eluf ta’ ewro biex iħallas minn lejl għal nhar meta nqabad u ried jidħol għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. “Daqqa jipprova jevita l-mistoqsija u daqqa jgħid li ħallaslu ibnu. Mur emmnu!”

Il-PL tenna li bħalu membri prominenti tal-Oppożizzjoni, bħal Jason Azzopardi, li għamlu dikjarazzjonijiet tat-taxxa foloz fejn qalu li ma jaqilgħu xejn mill-professjoni u bgħabsuhom biss wara li nqabdu. Anke Beppe Fenech Adami qatt ma laqa’ l-isfida li joqgħod għal tax audit.

“U dawn huma biss tliet eżempji,” sostna l-PL, filwaqt li temm jgħid li l-problema mhux ta’ min ħadem u ddikjara t-taxxa, imma ta min gerfex u evada t-taxxa. “U dawn in-nies qegħdin fil-kontroll tal-Partit Nazzjonalista.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com