Il-PL Jgħid Li Min Fired Partit Ma Jista’ Qatt Ikun Afdat Li Jmexxi Pajjiż

 Il-PL Jgħid Li Min Fired Partit Ma Jista’ Qatt Ikun Afdat Li Jmexxi Pajjiż

Waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, Glenn Bedingfield u l-kandidata Amanda Spiteri Grech intqal li n-nies li poġġew lil Dr Bernard Grech bħala Kap tal-PN huma l-istess nies li dawn l-aħħar ħames snin firdu partit.

Il-Whip tal-Gvern, Glenn Bedingfield qal, “M’hemmx dubju li t-tluq ta’ erba’ kandidati mill-Partit Nazzjonalista fl-ewwel jum ta’ Kampanja Elettorali huwa sinjal ieħor ta’ kif il-klikka li poġġiet lil Bernard Grech Kap hija dik li għada se tibqa’ tiddetta l-aġenda fil-Partit Nazzjonalista. Din hija attitudni li qed tagħmilha diffiċli għan-Nazzjonalisti stess li jaħdmu fl-istess partit, għax jew tkun parti minn dawk li jridu jiddettaw kollox huma, jew taqlagħha mingħandhom.”

Il-Kandidata tal-PL Amanda Spiteri Grech fakkret li, “Fi ħdan il-Partit Nazzjonalista spikkat kif dawn dejjem infirdu quddiem ir-riformi soċjali. Hekk kienu u hekk baqgħu, speċjalment, taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech. Tant infirdu li spiċċaw umiljaw il-Kap tagħhom stess li spiċċa vvota kontra liġi tal-kannabis, li qal li proponieha hu. Timmaġinawha din it-tip ta’ tmexxija, fi tmun tal-pajjiż? Tmexxija li mhi tmexxija xejn”.

Huma qalu li fl-elezzjoni ġenerali hemm għażla bejn jew li nimxu għall-futur bi tmexxija stabbli u soda jew nagħżlu li mmorru lura għal żmien l-instabbiltà politika.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com