Il-PL Jibda L-Kampanja Elettorali B’13% Maġġoranza Fuq Il-PN

 Il-PL Jibda L-Kampanja Elettorali B’13% Maġġoranza Fuq Il-PN

L-istatistiku Dott. Vincent Marmarà għadu kemm ippubblika l-ewwel stħarriġ għal din il-kampanja elettorali, fejn ħareġ li bħalissa l-Partit Laburista għandu l-appoġġ ta’ 55.7% tal-elettorat, waqt li l-Partit Nazzjonalista għandu 42.7%.

L-ADPD jew partiti oħra għandhom l-appoġġ ta’ 1.6% tal-elettorat.

Meta r-riżultat ta’ dan l-isħarriġ li sar bejn is-17 ta’ Frar u l-21 ta’ Frar jitqabbel mar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali tal-2017, wieħed jinnota żieda ta’ 0.7% għall-Partit Laburista, tnaqqis ta’ 1.0% għall-Partit Nazzjonalista u żieda ta’ 0.3% għall-ADPD jew oħrajn.

Ġie spjegat li dan l-istħarriġ sar b’kampjun ta’ 750 persuna b’confidence level ta’ 95% u marginal of error ta’ +/- 3.6% fost persuni minn 16-il sena ’l fuq. Għal dan l-istħarriġ il-kampjun miġbur kien imqabbel b’mod preċiż mal-etajiet tan-nies, id-distretti u s-sess tagħhom.

Dan l-istħarriġ juri riżultat simili ħafna ta’ dak tal-elezzjoni ġenerali tal-2017.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com