Il-PL Sostna Li L-Proposti Li Resaq Matul Din Il-Ġimgħa Huma Konkreti, Fattibbli u Studjati

 Il-PL Sostna Li L-Proposti Li Resaq Matul Din Il-Ġimgħa Huma Konkreti, Fattibbli u Studjati

Il-Ministri Clyde Caruana u Miriam Dalli waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu fissru kif matul din il-ġimgħa il-Partit Laburista ressaq proposti fattibbli li huma costed u li ilu jaħdem fuqhom, l-ewwel sett ta’ proposti b’saħħithom għal ħajja aħjar għaż-żgħażagħ, familji, anzjani, ħaddiema u negozji.

“Dawn il-proposti li ressaqna huma proposti konkreti u studjati u juru b’mod ċar il-viżjoni tal-PL. Fil-jiem li ġejjin se nkomplu nressqu aktar proposti li flimkien jagħmlu manifest b’saħħtu li nibet mill-proċess tal-100 idea. Għalhekk il-poplu għandu għażla ċara quddiemu fis-26 ta’ Marzu, għażla bejn partit li huwa ankrat fil-passat u partit mimli ottimiżu għall-futur”, qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ministru Dalli tat ħarsa dettaljata lejn l-ewwel ħamest ijiem tal-kampanja li matulha l-PL ppropona proposta wara oħra li juru l-viżjoni għas-snin li ġejjin, dik li tkompli tissaħħaħ l-ekonomija li ma tniġġisx l-ambjent. Hija fakkret kif fl-2013 Gvern Laburista sab infrastruttura dgħajfa, imma tgħejjibha b’investiment wara ieħor, bħas-€700 miljun investiment fit-toroq u issa se jiffoka fuq l-ambjent b’€700 miljun investiment ieħor bl-aktar proġetti ambjentali ambizzjużi li qatt saru f’pajjiżna.

Il-Ministru Clyde Caruana kompla jespandi fuq tliet proposti mħabbra li jinċetivaw it-tkabbir ekonomiku u li flimkien juru viżjoni ċara u l-pjan ta’ kif jaħdem dan il-Gvern.

“Aħna nfasslu l-politika fiskali tagħna b’mod serju u kredibbli u dan jagħmilha possibbli għalina li minn naħa nkomplu ninċentivaw it-tkabbir ekonomiku li eventwalment jagħti biżżejjed ġid biex permezz tal-politika fiskali tal-Gvern, inkunu nistgħu nwieżnu l-qafas soċjali”, qal il-Ministru Caruana.

Huwa ta ħarsa lejn it-tliet proposti li minnhom se jgawdi kulħadd u li permezz tagħhom kulħadd se jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu, it-tnaqqis tal-corporate tax, it-tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul u ż-żieda fil-pensjonijiet, li qatt ma raw daqstant żieda fil-pensjoni tagħhom kif raw f’dawn il-ħames snin, żieda li se tkompli fil-ħames snin li ġejjin.

Il-Ministru Caruana tkellem ukoll dwar il-mekkaniżmu l-ġdid għall-għoli tal-ħajja u qal li dan irid jidħol biex ikun hemm suppliment addizzjonali kull meta jkun hemm il-ħtieġa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com