Il-PM Robert Abela Jħabbar Skema Ta’ Rifużjoni Għal Spejjeż Marbuta Ma’ Mediċini Tal-IVF

 Il-PM Robert Abela Jħabbar Skema Ta’ Rifużjoni Għal Spejjeż Marbuta Ma’ Mediċini Tal-IVF

“L-għażla tan-nies se tkun fuq it-track record tagħna. Fuq il-ġejjieni ta’ dan il-pajjiż. Fuq min irriforma dan il-pajjiż. Kull ġimgħa li tgħaddi qed inkunu pass eqreb lejn il-ġid ta’ pajjiżna. Meta jasal il-mument tal-għażla rridu mmorru sodi. Nistgħu nħarsu ‘l quddiem b’ottimiżmu għax Malta pajjiż sod, ambizzjuż, nirbħu l-fiduċja tan-nies mhux għax ħaddieħor ħażin iżda għax aħna tajbin.”

Hekk sostna l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista waqt attività politika f’Ħal Tarxien fejn spjega kif filwaqt li ħaddieħor mehdija fil-partiġġjaniżmu u attakki bla bażi u moħħhom biss biex iħarsu lura  għax m’għandhom l-ebda idea għall-ġejjieni ta’ dan il-pajjiż, dan il-Gvern huwa ffukat biex jibqa’ jagħti direzzjoni ‘l quddiem.

“Ġimgħa kkaratterizzata mill-inawgurazzjoni f’Ħas-Saptan, proġett tal-aqwa teknoloġija għal-laqgħat importanti li kellna fi Franza fejn tkellimna fuq is-settur marittimu. Kellna implimentazzjoni ta’ aktar riġenerazzjoni fil-housing estates, tlestija ta’ investiment fil-qasam tas-saħħa u komplejna nagħmlu miżuri tal-budget fejn ma ninjoraw ir-realtajiet ta’ ħadd.”

Il-Prim Ministru Abela qal li l-prinċipju ewlieni wara dan kollu hu li “ma nkunu qatt merfugħin min-nies għax l-ideali tagħna minfejn tlaqna, mill-moviment tal-ħaddiema, għadhom u jibqgħu integrali fit-twemmin tagħna.”

Il-Prim Ministru spjega kif dan il-Gvern indirizza r-realtajiet ta’ persuni għall-ewwel darba.

“Waħda mir-realtajiet siekta hi dik tal-infertilita’. Koppji jgħidulek kemm kien importanti li l-Gvern jagħmel tibdiliet fil-liġi. In-norma fil-passat mhux daqstant ‘il bogħod kienet li ridt titlaq barra mill-pajjiż. Illum bdilna dik ir-realtà u tajna l-opportunitajiet f’pajjiżna. Infakkar kemm kien hemm biex din il-bidla jagħmel minn kollox jirreżistiha. Aħna wettaqna r-riformi u ma bżajniex mill-bidla.”

Robert Abela saħaq ukoll dwar il-ħtieġa li miżura li tħabbret fil-budget tkun imwettqa “llum qabel għada.” Semma kif dawn il-persuni jirrikonoxxu l-għajnuna li ngħatat mill-Gvern li hi ħafna aktar minn ta’ pajjiżi oħra iżda l-piż finanzjarju xorta huwa wieħed sostanzjali. “Għalhekk li għal dawn il-koppji, l-arloġġ itektek l-agħar ħaġa għalihom għax kull ġurnata tgħodd. Għalhekk b’mod immedjat ħadna d-deċiżjoni li sakemm dan il-proċess tal-procurement, nagħtu rifużjoni tal-ispiża tal-mediċina tal-IVF f’forma ta’ għotja lil dawk il-koppji kollha li mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena kienu għaddejjin mill-proċess tal-IVF sa meta mistennija jaslu l-mediċini f’nofs Ġunju ta’ din is-sena.  Din il-miżura għalhekk tidħol fis-seħħ minnufih u tmur lura għall-ewwel ta’ Jannar. La darba tajna l-kelma li l-mediċini tal-IVF se jkunu bla ħlas, hekk se jsir. Dal-piż finanzjarju se nerfgħuh aħna wkoll.”

Il-Prim Ministru żied  li hemm weġgħat oħrajn “weġgħat li nwegħdkom li m’aħniex se ninjorawhom.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com