Il-PM Se Jikkontesta Fuq Il-Ħames Distrett
Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jkun qed jikkontesta fuq il-ħames distrett fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Dan ħabbru waqt attività politika dalgħodu fl-Imqabba.
“Se nitlob il-fiduċja tagħkom ukoll biex nirrapreżentakom jien ukoll fuq dan id-distrett…Għaliex irid nagħtikom il-garanzija personali tiegħi li dak il-ħafna li bnejna, se nkompli nibnu fuqu.” Dan kien il-kliem ta’ Robert Abela waqt li ħabbar li se jkun qed jikkontesta wkoll fuq il-ħames distrett li tinkludi lil Birżebbuġa, Ħal Kirkop, L-Imqabba, Ħal Farruġ, Il-Qrendi, Ħal Safi u Ż-Żurrieq.
Il-Prim Ministru Robert Abela lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu qal ukoll li, “l-elezzjoni qeda mhux aktar ‘il bogħod minn erba’ xhur mil-llum.”