Il-PN Japprova 4 Kandidati Ġodda Għall-Elezzjoni Ġenerali
F’laqgħa it-Tlieta filgħaxija l-Kunsill Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista approva 4 kandidati ġodda għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu. Il-kandidati l-ġodda huma Mary Muscat fuq it-tielet distrett elettorali, Frederick Aquilina fuq is-sitt distrett, Christian Micallef fuq l-ewwel distrett u Josianne Cardona Gatt fuq l-ewwel u t-tmien distrett.
Waqt il-laqgħa tal-eżekuttiv l-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil dawk li servew f’din il-leġiżlatura u għal din l-elezzjoni għażlu li ma jibqgħux.
L-eżekuttiv tal-PN approva wkoll l-programm elettorali għall-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu li ġej.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li l-programm elettorali fih ammont kbir ta’ proposti li huma mibnija fuq viżjoni li terġa’ tagħti direzzjoni lill-pajjiżna.