Il-PN Jisħaq Li L-Prim Ministru Għandu Ħafna Xi Jwieġeb…

 Il-PN Jisħaq Li L-Prim Ministru Għandu Ħafna Xi Jwieġeb…

“F’pajjiż greylisted, l-aħħar ħaġa li għandna bżonn huwa dell fuq il-Prim Ministru li seta’ kien involut fi skemi li jintużaw fil-ħasil tal-flus.”

Dan intqal mill-Partit Nazzjonalista wara li rapporti żvelaw li l-Prim Ministru Robert Abela allegatament kien involut f’negozju ma’ persuni allegatament kriminali.

Fi stqarrija l-PN qal li l-Prim Ministru għandu minnufih jiddikjara dak kollu li jaf dwar dak żvelat fit-Times of Malta dalgħodu. “Il-Prim Ministru għandu ħafna xi jwieġeb dwar dan il-każ inkluż kemm-il darba uża dan il-metodu fi tranżazzjonijiet li għamel inkluż fi tranżazzjonijiet tiegħu nnifsu, kemm qala’ flus u jekk iddikjarax kollox?”

Il-PN saħaq li l-Prim Ministru jrid jgħid ukoll id-differenza fil-prezz bejn l-ewwel u l-aħħar konvenju u jekk għamilx due diligence fuq il-klijenti tiegħu qabel ħadmilhom. L-oppożizzjoni qalet li qed issegwi mill-qrib dan il-każ.

“Mhux ta b’xejn li Robert Abela kien kontra l-abbozz ta’ liġi dwar ġid mhux spjegat u kontra l-ġlieda fil-konfront tal-kriminalità organizzata,” temm jgħid il-PN.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com