Il-Qorti Tilqa’ T-Talba Tal-PN Biex Il-Kawża Li Jkun Indirizzat L-Iżbilanċ Fix-Xandir Pubbliku Tinstema’ B’Mod Urġenti

 Il-Qorti Tilqa’ T-Talba Tal-PN Biex Il-Kawża Li Jkun Indirizzat L-Iżbilanċ Fix-Xandir Pubbliku Tinstema’ B’Mod Urġenti

Il-qorti laqgħet it-talba tal-Partit Nazzjonalista biex il-kawża kostituzzjonali li nfetħet fil-ġranet li għaddew tinstema’ b’urġenza u għalhekk ordnat lill-PBS, l-Awtoritá tax-Xandir, lill-Ministru Carmelo Abela u anke lill-Avukat tal-Istat sabiex iwieġbu għal din il-kawża fi żmien sitt ijiem.

L-ewwel seduta tal-kawża mistennija ssir nhar is-17 ta’ Frar.

Il-Partit Nazzjonalista fil-kawża kostituzzjonali qed jitlob sabiex kulħadd jerfa’ r-responsabbiltà ta’ għemilu u biex ikun żgurat li l-iżbilanċ fix-xandir tal-istat ma jibqax għaddej.

Il-Partit Nazzjonalista qal li se jibqa’ jisħaq fuq il-bilanċ u l-imparzjalità fuq ix-xandir, b’mod partikolari fuq ix-xandir nazzjonali mħallas mill-poplu.

Fi stqarrija ntqal li l-PN ilu xhur sħaħ jipprova jasal biex l-Awtorità tax-Xandir u l-PBS jieħdu l-azzjoni meħtieġa fil-konfront ta’ dan l-iżbilanċ u għaldaqstant il-Partit ma kellux alternattiva ħlief li jieħu passi legali biex iħares id-drittijiet tal-Oppożizzjoni u tal-poplu Malti li jistħoqqlu xandir u messaġġ bilanċjat.ċ

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com