Il-Qorti Tordna L-Arrest Tat-Topo – Mistenni Jitressaq Il-Qorti Fis-Siegħat Li Ġejjien B’Akkużi Ġodda

 Il-Qorti Tordna L-Arrest Tat-Topo – Mistenni Jitressaq Il-Qorti Fis-Siegħat Li Ġejjien B’Akkużi Ġodda

Il-Qorti ordat l-arrest ta’ Darren Debono, magħruf bħala t-Topo b’rabta mal-attentat ta’ hold-up li seħħ fuq il-Kwariteri Ġenerali tal-bank HSBC f’Ħal Qormi fl-2010.

Dan hekk kif ilbieraħ huwa kien mistenni li jixhed fil-kumpilazzjoni kontra Vincent Muscat magħruf bħala l-Koħħu.

Darren Debono kien intbagħat 10 snin ħabs wara li kien ammetta l-involviment tiegħu u d-difiża kienet laħqet ftehim mal-Avukat Ġenerali biex jingħata piena mnaqqsa bil-patt li jippreżenta l-provi kollha fix-xhieda tiegħu.

Il-Koħħu wkoll bħalissa qed jiskonta piena ta’ 15-il sena ħabs wara li ammetta l-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fis-seduta tal-bieraħ quddiem il-Maġistrat Monica Vella, jidher li nqala’ xi diżgwid wara li Darren Debono, t-Topo rrifjuta li jsemmi terzi persuni oħra li kienu kompliċi, apparti Vincent Muscat. “Se nagħti x-xhieda tiegħi kontra l-akkużat, imma mhux se nsemmi terzi persuni,” qal Debono.

Huwa qal lill-Maġistrat li ma kienx se jsemmi persuni oħrajn, għax qal li ma riedx ipoġġi ħajjet ibnu u tal-familja tiegħu fil-periklu.

Kien hawn li l-Maġistrat Vella ordnat l-arrest tiegħu b’mod immedjat u talbet lill-Pulizija tinvestiga u tressqu l-Qorti kemm jista’ jkun malajr akkużat li naqqas milli jikkoopera.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com