Il-VCA U Teatru Malta Jippreżentaw ‘Drago’

 Il-VCA U Teatru Malta Jippreżentaw ‘Drago’

L-istorja ta’ kif il-leġġenda tal-isnooker Tony Drago kiseb fama internazzjonali hija waħda li kollha smajna biha.

Magħruf għal kemm taqbiżlu malajr u għall-aġilità tiegħu madwar il-mejda tal-isnooker, biż-żewġ karatteristiċi jsiru sinonimi miegħu daqs l-ilbies li kien jilbes waqt il-kompetizzjonijiet, Tony huwa leġġenda ħajja kemm fix-xena lokali kif ukoll dik internazzjonalil tal-isnooker.

F’Marzu, f’ko-produzzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Teatru Malta se jkun qed jipproduċi dramm b’attur wieħed ma’ ħadd ħlief Peter Galea, li se jieħu l-parti tal-istilla notorja tal-isnooker fid-dramm DRAGO – It-Tvenvin ta’ “Tornado Tony”, li se jittella’ fil-Klabb tal-Banda La Valette.

Din il-prestazzjoni, li hija ppjanata speċifikament għall-post fejn se tittella’, tinsab taħt id-direzzjoni ta’ Sean Buhagiar, b’kitba ta’ André Mangion, u direzzjoni artistika u awdjoviżiva ta’ Charlie Cauchi.

Ser toqgħod attent għall-iskor? Il-produzzjoni tiftaħ fil-11 ta’ Marzu u tibqa’ għaddejja sal-20 ta’ Marzu bi prestazzjoni kuljum fit-8pm, miftuħa biss għal udjenza limitata ġewwa l-Klabb tal-Banda La Valette.

Għal aktar tagħrif dwar DRAGO “It-Tvenvin ta’ Tornado Tony” u biex tibbukkja l-biljetti għall-prezz ta’ €15/€20, jekk jogħġbok żur is-sit www.teatrumalta.org.mt u www.vca.gov.mt/en/events/drago

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com