Ilbieraħ F’San Ġwann Kienet Iċċelebrata L-Festa Liturġika Tal-Ewwel Dehra Tal-Madonna Ta’ Lourdes
![Ilbieraħ F’San Ġwann Kienet Iċċelebrata L-Festa Liturġika Tal-Ewwel Dehra Tal-Madonna Ta’ Lourdes](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2022/02/273739091_986154995315807_6439230278990881053_n-850x560.jpg)
Il-11 ta’ Frar hija l-festa liturġika tal-ewwel dehra tal-Madonna ta’ Lourdes, festa li tkun iċċelebrata f’San Ġwann.
Propju lbieraħ l-Għaqda Piroteknika 11 ta’ Frar ħadet ħsieb li taħraq numru ta’ murtali sabiex tiċċelebra u tfakkar din il-ġurnata li ġġib l-istess isem tal-għaqda tagħhom.
L-Għaqda Festa Esterna Madonna Ta’ Lourdes ukoll din is-sena ħadu ħsib li jarmaw u jżejnu l-pjazza ta’ San Ġwann biex jkomplu jżidu mal-atmosfera festiva.
Is-Sindku Trevor Fenech irringrazzja liż-żewġ għaqdiet tas-sehem tagħhom fil-festa liturġika.
Bla dubju issa wieħed jitfa’ ħarstu fuq il-festa li tkun ċelebrata f’Awwissu b’mod sħiħ wara nuqqas ta’ sentejn.
Ritratt prinċipali: DS Photography