Illum Attenti Minn Riħ Qawwi Ħafna…

 Illum Attenti Minn Riħ Qawwi Ħafna…

🌧🌥 It-temp illum ġeneralment imsaħħab b’ħalbiet iżolati tax-xita possibilment qawwija, bis-silġ (‘hail’) u bir-ragħad iżjed tard. Mirjieħ u kiesaħ iżda jibnazza xi ftit minn filgħaxija.

[☔️: 90% | 🌨: 45% | ⚡️: 40% | 💨: 100% | 🌈: 55%]

🌬 Ir-riħ qawwi ħafna (F7) u kiesaħ, b’buffuri b’qawwa ta’ riefnu [F8] iżjed tard mill-Majjistral (NW). ⚠️

🌊 Il-baħar qawwi li jsir qawwi ħafna, speċjalment fejn jaqbel. ⚠️

🌡 L-ogħla temperatura llum: 13°C; l-inqas illejla: 9°C.

🥶 Tinħass: 11°C | 4°C.

🔅 Indiċi UV: 2.

Ritratt mill-aqwa miġbud riċentament minn Ħal Luqa, grazzi għal Ramon Curmi

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com