Imniedi L-Ktieb ‘1921 Self-Government In Malta 1921-1933’

 Imniedi L-Ktieb ‘1921 Self-Government In Malta 1921-1933’

Ġie mniedi fil-Każin Malti l-ktieb ‘1921 Self-Government in Malta 1921-1933’, kitba tal-Professur Dominic Fenech fl-okażjoni ta’ għeluq il-mitt sena minn meta Malta ngħatat il-kostituzzjoni tal-1921.

Matul din l-okkażjoni, l-Ispeaker irringrazzja lill-awtur u lil kull min ikkontribwixxa għal din il-pubblikazzjoni li għandha sservi ta’ referenza importanti għall-istudenti, studjużi u kull min tinteressah l-istorja demokratika ta’ pajjiżna. Huwa rrimarka li l-kostituzzjoni tal-1921 kienet il-bidu ta’ vjaġġ meħtieġ u importanti. Dan ma jfissirx li l-istess vjaġġ kien kollu ward u żahar. L-Ispeaker għamel referenza għal diversi episodji fil-perjodu li jkopri dan il-ktieb, inkluż l-irwol tal-knisja fil-kwistjoni politiko-reliġjuża li nqalgħet lejn l-aħħar tas-snin għoxrin.

L-Ispeaker għalaq l-intervent tiegħu billi fakkar li d-demokrazija mhijiex strument statiku, però hija għodda li tevolvi matul iż-żmien. Huwa qal li dawn l-avvenimenti, u l-problemi li ħabbat wiċċu magħhom pajjiżna matul it-triq sabiex akkwistajna d-demokrazija, għandhom jiftħulna għajnejna u minnhom nieħdu tagħlima sabiex id-demokrazija f’pajjiżna tibqa’ tissaħħaħ.

Ritratt: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com