Imut L-Imprenditur Silvio Zammit

 Imut L-Imprenditur Silvio Zammit

Tħabbret il-mewt tal-imprenditur Silvio Zammit, fl-età ta’ 57 sena.

Dan ħabbru t-tifel tiegħu, Zack Zammit ftit tal-mumenti ilu fuq il-mezzi soċjali tiegħu.

“Din kienet l-aħħar ġurnata tiegħek ġo din id-dinja Da. Żomm idejk fuqna u bierek lili u lil familti għal dejjem ta’ dejjem,” kiteb Zack fil-messaġġ tiegħu dalgħodu.

Huwa tenna li ftit kliem jistgħu jiddeskrivu il-vojt li ħalla warajh. “Grazzi ta kull ma għamilt magħna. Missier ieħor bħalek żgur li ma jkunx hawn. Qalb tad-deheb u dejjem ferrieħi, strieħ fis-sliem.”

Il-Kunsill Lokali Tas-Sliema li tiegħu Silvio Zammit għamel żmien bħala Viċi-Sindku wkoll kiteb messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Il-Kunsill ta l-kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com