“Is-Suq Ħieles Jaf Iħaffilna Bil-Kif Il-Bwiet, Anke Fi Żmien Pandemija!” – L-MPE Alfred Sant
“Il-komplikazzjoni fil-pandemija tal-Covid-19 hi kif qed jinqalgħu l-flus minnha.”
Kien dan il-messaġġ li wassal l-MPE Alfed Sant permezz tal-mezzi soċjali tiegħu fejn tkellem dwar il-qligħ kbir li qed isir minn fuq il-Covid-19.
Huwa qal kif fil-Belġju u fi Franza, tista’ tixtri mis-supermarket “kit” li bih tittestja int stess jekk għandekx il-Covid jew le. “Iqum bejn €4 u €5.50 skont il-marka li tixtri, lis-supermarket żgur jasallu nofs dal-prezz. ,” spjega Sant.
Hu tenna li jekk tmur għal test “kummerċjali” fi spiżerija, fejn jużaw l-istess “kit”, trid tħallas €25.
Hu jispjega li dawn, “ikunu qed jagħmlu l-istess ħaġa li tagħmel int waħdek bit-test, imma jkun hemm xi ħaddieħor li jista’ jiggarantixxi li r-riżultat ma vvintajtux int. F’Malta l-istess ħaġa sa ftit ilu (jiġifieri kummerċjali, mhux tal-Gvern li baqgħet b’xejn) kienet tiġi tqum €35.
L-MPE Alfred Sant kompla jgħid, “il-profitti għal kull test li jsir żgur huma enormi (fi Franza u l-Belġju m’hemmx testijiet b’xejn mill-Gvern). Mhux ta’ b’xejn li l-ġimgħa li għaddiet il-ġurnal Franċiż Liberation għamel inkjesta dwar hekk!”
Sant temm jgħid li “s-suq ħieles jaf iħaffilna bil-kif il-bwiet, anke fi żmien pandemija!”