Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Karozza F’Għawdex

 Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Karozza F’Għawdex

Raġel ta’ 39 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku.

L-aċċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa, fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn sabet karozza Smart Fortwo li kienet misjuqa mill-vittma maħbuta fil-ġenb tat-triq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lir-raġel. Ambulanza ħadet lix-xufier l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com