It-Temp Se Jinħass Kiesaħ Illejla
![It-Temp Se Jinħass Kiesaħ Illejla](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2022/02/tt-752x560.jpg)
It-temp illum xi ftit jew wisq imsaħħab kultant li jsir mirjieħ mal-ħin u jinħass kiesaħ fit-tard..
[: 45% |
: 10%]
Ir-riħ moderat għal ftit qawwi (F4-5) li jitqawwa u jsir qawwi għal qawwi ħafna (F6-7) mill-Punent Majjistru (WNW)..
Il-baħar moderat li jitqawwa u jsir qawwi ħafna, speċjalment fejn jaqbel.
L-ogħla temperatura llum: 16°C; l-inqas illejla: 10°C.
Tinħass: 15°C | 5°C
Indiċi UV: 3
Ritratt mill-isbaħ miġbud ilbieraħ fi nżul ix-xemx minn Ta’ Qali fil-limiti ta’ Ħ’Attard, grazzi għal Nicole Vella