Jammetti Li Seraq Laptop Minn Ħanut Fil-Belt U Jingħata Sentenza Sospiża

 Jammetti Li Seraq Laptop Minn Ħanut Fil-Belt U Jingħata Sentenza Sospiża

Gabriel Giuseppe Munda, Taljan ta’ 23 sena li joqgħod il-Mellieħa ammetta li seraq laptop minn ħanut tal-kumpanija Forestals, fil-Belt Valletta.

Huwa inqabad mill-kameras tas-sigurtà jisraq il-laptop u joħroġ bih taħt il-ġakketta. Ftit sigħat wara huwa ġie arrestat meta ntlemaħ fil-Mellieħa mill-Pulizija tal-RIU.

L-Avukat Arthur Azzopardi, li deher għall-imputat flimkien mal-Avukat Jacob Magri, informa lill-Qorti li l-klijent tiegħu kien għadu kif tilef l-impjieg tiegħu fis-settur tal-kostruzzjoni u bħalissa jinsab ma jaħdimx.

Il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Noel Bartolo, qieset li huwa ammetta fi stadju bikri u kkopera mal-Pulizija, u li kellu kondotta nadifa, u l-fatt li rritorna l-laptop huwa ingħata sentenza sospiża għal sentejn.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com