Jeħlu Multa Wara Li Nqabdu B’€44,880 Fi Flus Kontanti Mhux Dikjarati

Id-Dwana qabdet erbat irġiel b’total ta’ €44,880 fi flus kontanti fuqhom mhux iddikjarati.
Charlie l-kelb tad-Dwana xammem €22,590 fi flus kontanti li kienu fuq żewġ passiġġiera Marokkini fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Passiġġier Marokkin li kien qed jivvjaġġa lejn it-Turkija nstab li kien qed iġorr total ta’ €11,690 fi flus kontanti mhux iddikjarati, filwaqt li l-Marokkin l-ieħor, li kien fi triqtu lejn il-Marokk, instab li kien qed iġorr €10,900 fi flus kontanti mhux iddikjarati.
F’każ ieħor, €22,290 oħra fi flus kontanti mhux iddikjarati ġew interċettati mill-Uffiċjali tad-Dwana fil-Valletta Cruise Port. Żewġ passiġġieri Maltin li kienu qed jivvjaġġaw lejn Sqallija twaqqfu fejn fi tfittxija li saret instabu li kienu qed iġorru €11,145 kull wieħed fi flus kontanti mhux iddikjarati.
L-erba’ passiġġiera ngħataw multa wara li laħqu ftehim barra mill-Qorti.