Jibda Jitlaqqa’ Kumitat Organizzattiv Sabiex Issir It-TRAN|SPORT MALTA CHARITY MARATHON
Fil-ħin li għadda beda jitlaqqa’ kumitat organizzattiv bis-sehem ta’ Transport Malta u ta’ Sport Malta biex fis-6 ta’ Marzu 2022 issir it-TRAN|SPORT MALTA CHARITY MARATHON.
Wara li fl-aħħar sigħat l-organizzaturi tal-Malta Marathon ħabbru li l-maratona ma kienitx ser issir, intqal li bdew diskussjonijiet biex, anke b’rispett lejn l-atleti u s-sagrifiċċju li għamlu fit-taħriġ tagħhom, xorta waħda l-Full Marathon u l-Half Marathon ta’ pajjiżna jsiru.
Din il-maratona ser issir ukoll bl-appoġġ tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Atletika. Il-flus li se jinġabru bħala miżata għal din l-attività se jingħataw lill-għaqda volontarja Puttinu Cares, anke b’tifkira tal-mibki Victor Calvagna li wkoll kellu għal qalbu dan l-isport.
Fis-sigħat li ġejjin se jitħabbru aktar dettalji.
Ritratt: worldsmarathons.com