Jinżlu Taħt L-1000 Il-Każijiet Pożittivi Bil-Covid-19
Il-każijiet pożittivi bil-Covid-19 niżlu taħt l-1000 persuna filwaqt li wara żmien twil ġie rapportat ukoll li fl-aħħar 24 siegħa nstabu inqas minn 100 każ.
L-għadd ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 79 persuni, filwaqt li fiequ 288 persuna oħra. B’hekk, l-ammont totali ta’ persuni bil-virus attwalment huwa ta’ 988.
B’kollox hemm 46 persuna rikoverati fl-isptar Mater Dei li minnhom hemm 4 persuni fl-ITU.
In-numru ta’ mwiet baqa’ 594, hekk kif ma kien irraportat l-ebda mewt kawża tal-Covid-19.
Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 339,653 dożi tal-booster.