Jitħabbru L-Preżentaturi Tal-Malta Eurovision Song Contest
Il-lejla kienu mħabbra l-preżentaturi tal-Malta Eurovision Song Contest li se jkun qed isir fuq tliet serati, fis-17, fit-18 u fid-19 ta’ Frar fl-MFCC f’Ta’ Qali.
Il-preżentaturi tar-ritorn ta’ dan il-festival huma, Ryan Borg, Josmar, Quinton Scerri, Stephanie Spiteri u Ron Briffa
Is-serati tal-Ħamis u tas-Sibt se jkunu qed jiġu ppreżentati minn Stephanie Spiteri u Quintion Scerri.
Is-serata tal-Ġimgħa 18 ta’ Frar se tkun qed timmarka il-50 sena anniversarju mindu Malta ħadet sehem għall-ewwel fil-Eurovision Song Contest lura fl-1971. Din is-serata se tkun qed tiġi ppreżentata minn Ryan Borg u Josmar.
Ma jonqosx l-aspett umoristiku, għalhekk ma’ se jkun qed jingħaqad ukoll Ron Briffa, wiċċ popolari wkoll fuq l-istazzjon nazzjonali.
Fil-Malta Eurovision Song Contest se nkunu qed naraw 22 semi finalist li jgħaddu 16 għall-finali. Ir-rebbieħ se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fit-temi semi finali tal-Eurovision Song Contest li se jsir fit-12 ta’ Mejju f’Turin fl-Italja.