“Kieku Tħalliet Isir Purċissjoni Ma Kienux Jinġemgħu F’Post Wieħed Biss In-Nies…”
“Kieku tħalliet isir il-purċissjoni b’mod normali ma-toroq tal-Belt Valletta ma kienux jinġemgħu f’post wieħed biss in-nies…” Dan kien il-ħsieb ta’ bosta nies li kienu f’Triq San Pawl ilbieraħ filgħaxija.
Bla dubju lbieraħ għal ħafna nies kienet ġurnata speċjali hekk kif rajna r-ritorn tal-festa tradizzjonali Maltija, għalkemm tal-bieraħ kienet waħda ridotta minħabba li l-awtoritajiet tas-saħħa ma tawx permess li ssir purċissjoni normali mat-toroq tal-Belt.
In-nies kienu ħerqana u attendew bi ħġarhom fil-Belt Valletta biex isegwu l-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl mill-Kolleġġjata kif ukoll il-kunċert li sar mill-banda La Valette u finalment id-dħul lura tal-vara artistika ta’ Melchiorre Gafà.
L-għatx għal festi jinħass sew u naturalment nittamaw li jirritornaw lura b’mod sħiħ u normali minn Mejju li ġej. Bla dubju lbieraħ kienet togħma tajba għall-ħajja lura għan-normalità!
Ara l-filmat waqt id-dħul tal-vara ta’ San Pawl lura fil-Knisja: