L-Awtoritajiet Tas-Saħħa Qed Iwissu Lill-Pubbliku Biex Ma Jikolx Dawn In-Noodles

 L-Awtoritajiet Tas-Saħħa Qed Iwissu Lill-Pubbliku Biex Ma Jikolx Dawn In-Noodles

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli ta’ 2-Chloroethanol (pestiċida).

Deskrizzjoni tal-prodott: Instant noodles

Isem tal-prodott fuq il-pakkett: Shin Kimchi

Ditta: Nongshim

Piż: 120g

Lott: TE 21

Data tad-durabbiltà: BBE 19.05.2022

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 jew jibgħat email fuq [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com