“L-UE Qed Toqgħod Lura Milli Tagħmel Awto-Verifika Ċara U Trasparenti Tad-Difetti Tagħha Fil-Proċess Tal-Brexit” – Alfred Sant

 “L-UE Qed Toqgħod Lura Milli Tagħmel Awto-Verifika Ċara U Trasparenti Tad-Difetti Tagħha Fil-Proċess Tal-Brexit” – Alfred Sant

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu li r-rapport tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jaħrab milli jagħmel awto-verifika ċara u trasparenti dwar in-nuqqasijiet tal-Unjoni Ewropea fil-proċess tal-Brexit.

Ir-rapport evalwa l-mod kif id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea ġew interpretati u applikati meta l-ħruġ tar-Renju Unit kien qed jiġi ttrattat mill-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 50 jistabbilixxi d-dritt ta’ Stat Membru li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u kif jagħmel dan.

L-eks Prim Ministru Malti Sant enfasizza li r-rapport ma jipprovdix soluzzjonijiet definiti sew li jippermettu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea jitgħallmu mill-iżbalji tal-passat. Barra minn hekk, huwa saħaq li “ir-rapport għal darb’oħra jirrepeti elementi bla sens tal-logħba tat-tort li baqgħu għaddejjin sa minn meta r-Renju Unit ħabbar il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni”.

Sant innota li r-riżoluzzjoni esprimiet diżappunt li ċ-ċittadini Ingliżi qatt ma ngħataw stampa ċara tas-sitwazzjoni ladarba pajjiżhom kien se jħalli l-Unjoni Ewropea. Madanakollu, hu rrimarka li dan in-nuqqas ta’ informazzjoni huwa komparabbli mal-logħba li l-plejers tal-Unjoni Ewropea jipprattikaw meta jippromwovu kampanji, huma jappoġġjaw.

“Dawn id-difetti fundamentali jimminaw il-kredibilità tar-rapport u jien astjenejt fil-votazzjoni dwaru”, stqarr Sant.

Ir-rapport ġie adottat b’516-il vot favur, 85 kontra u 91 astensjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com