Magħrufa L-Finalisti Tal-Malta Eurovision Song Contest

 Magħrufa L-Finalisti Tal-Malta Eurovision Song Contest

It-tieni serata tal-Malta Eurovison Song Contest bla dubju kienet waħda sabiħa ħafna mimlija memorji u emozzjonijiet.

F’din is-serata rajna lill-kantanti kollha li rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest matul is-snin, b’diversi siltiet li qajmu nostalġija mill-isbaħ.

Fi tmiem is-serata ġew imħabbra s-16-il finalista li se jkunu qed jieħdu sehem fit-tielet u l-aħħar serata fejn finalment jkun imħabbar ir-rebbieħ li se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fis-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest fil-belt Taljana ta’ Turin.

Il-finalisti tal-Malta Eurovision Song Contest huma Enya Magri, Sarah Bonnici, Matt Blxck, Denise Mercieca, Norbert Bondin, Raquel Galdes Briffa, Mark Anthony Bartolo, Baklava ft. Nicole, Aidan, Janice Mangion, Nicole Hammett, Nicole Azzopardi, Richard Edwards, Giada, Emma Muscat u Miriana Conte.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com