Maltin Fl-Ukraina Qed Jingħataw Parir Biex Jiġu Lura Mill-Aktar Fis
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qed isegwi mill-qrib dak li qed iseħħ fl-Ukrajna.
Fid-dawl li t-titjiriet kummerċjali għadhom qed joperaw, Maltin potenzjali fl-Ukrajna qed jingħataw parir biex jieħdu l-ewwel titjira disponibbli lura lejn Malta.
Sadanittant, il-parir tal-Gvern Malti b’rabta mal-ivvjaġġar lejn l-Ukrajna huwa li dan għandu jiġi evitat.