Mara B’Ġrieħi Gravi Wara Li Ntlaqtet Minn Karozza Fil-Fgura
Mara ta’ 62 sena minn Marsaskala sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza.
L-aċċident seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11am, fi Triq San Tumas, il-Fgura.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-vittma, weġġgħet wara li ntlaqtet minn karozza Peugeot, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.