Mara Ssofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajret Minn Karozza F’Birkirkara

 Mara Ssofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajret Minn Karozza F’Birkirkara

Mara ta’ 31 sena minn San Pawl il-Baħar sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza.

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin għaxra, fi Triq Mannarinu, Birkirkara.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma, intlaqtet minn Kia Picanto li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 84 sena residenti Tas-Sliema.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com