Miet L-Anzjan Ta’ 87 Sena Li Waqa’ T-Taraġ F’Residenza Fis-Swieqi

 Miet L-Anzjan Ta’ 87 Sena Li Waqa’ T-Taraġ F’Residenza Fis-Swieqi

Sfortunatament, l-anzjan ta’ 87 sena miet wara li lbieraħ waqa’ t-taraġ f’residenza fis-Swieqi.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li huwa tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei.

Aktar kmieni l-Pulizija qalet li lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-8:30pm, kienu nfurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li raġel kien iddaħħal l-isptar wara li kellu inċident f’residenza.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel ta’ 87 sena li joqgħod is-Swieqi kien waqa’ f’taraġ ta’ residenza li tinsab fi Triq il-Qasam, is-Swieqi.

Dwar dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com