Mil-Lum Mhux Se Tintalab Ċertifikat Għar-Restoranti, Snack Bars U Każini

 Mil-Lum Mhux Se Tintalab Ċertifikat Għar-Restoranti, Snack Bars U Każini

Mil-lum iċ-ċertifikat tat-tilqima tal-Covid mhux se jibqa’ jintalab f’għadd ta’ stabbilimenti. Dan kien tħabbar mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne lura fil-25 ta’ Jannar fejn qal ukoll, li mill-14 ta’ Frar iċ-ċertifikat m’hemmx għalfejn jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat, lanqas għall-barijiet, il-gyms, il-pixxini, l-ispas, is-swali taċ-ċinema u t-teatri.

Iċ-ċertifikat tal-vaċċin, se jibqa’ obbligatorju għal min jattendi avvenimenti sportivi, każinos, tombla, diskoteki u anke biex wieħed isiefer.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com