Mill-1 Ta’ April Jistgħu Jsiru Tiġijiet Bilwieqfa Sa 300 Persuna
Mill-1 ta’ April it-tiġijiet se jkunu jistgħu jerġgħu jibdew isiru bin-nies bil-wieqfa sa massimu ta’ 300 mitt persuna li jkunu mlaqqma.
Tiġijiet bilqiegħda se jibqgħu jsiru b’massimu ta’ 500 persuna li jkunu mlaqqma.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Dwar attivitajiet soċjali oħra bin-nies bilwieqfa u stabbilimenti tad-divertiment il-Ministru Chris Fearne qal li l-pjan huwa li dawn jerġgħu jirritornaw sa Mejju, però qal li mhux f’pożizzjoni li jagħti dati preċiżi minn issa.
Il-Ministru Fearne ħabbar ukoll li minn nhar it-Tnejn li ġej se jkun qed jerġa’ jiżdied il-ħin tal-viżitaturi fl-Isptar Mater Dei.
Qal ukoll li l-miżura li f’dar jistgħu jiltaqgħu biss sa erba’ households differenti se tkun imneħħija totalment.
Il-Ministru Chris Fearne ħabbar li mill-21 ta’ Frar, il-perjodu tal-kwarantina se jkun qed jonqos għal ħames t’ijiem għal dawk il-persuni mlaqqma li jkunu ġew f’kuntatt primarju ma’ persuna pożittiva għall-Covid-19. Il-persuna tkun obbligata tagħmel test fl-aħħar jum.
Il-Ministru Fearne kompla jħeġġeġ lin-nies biex ikompli jitlaqqmu għaliex dan ir-rilaxx jista’ jkompli jsir biss jekk ikollna poplu b’imunita b’saħħitha. S’issa 78% tal-adulti Maltin ħadu d-doża tal-booster kontra l-Covid-19.