Mill-Ħadd Li Ġej Għadd Ta’ Spiżeriji Se Jibdew Jiftħu Waranofsinhar Ukoll
Mill-Ħadd li ġej se jkun hemm bdil fil-ħinijiet li jiftħu l-ispiżeriji nhar ta’ Ħadd u fil-festi pubbliċi.
Dan wara li fl-aħħar xhur, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kien ħabbar li l-Gvern kien f’diskussjonijiet avvanzati biex nhar ta’ Ħadd, l-ispiżeriji mhux biss jiftħu fin-nofstanhar ta’ filgħodu, iżda jibdew jiftħu wkoll waranofsinhar.
Mill-Ħadd li ġej, 6 ta’ Frar, għadd ta’ spiżeriji se jibdew jiftħu bejn id-9:00am u 12:00pm u l-4:00pm u s-7:00pm.
L-ispiżeriji jkunu miftuħa skont roster li tinħareġ u tkun ippubblikata.