Passiġġiera Maltin Jintalbu Jagħmlu ‘Rapid Test’ Kif Waslu Fi Sqallija
Dalgħodu diversi Maltin għamlu kuntatt magħna wara li hekk kif waslu fl-ajruport ta’ Sqallija dawn intalbu jagħmlu ‘rapid test’ qabel setgħu joħorġu.
Dan qajjem rabja fost il-passiġġiera hekk kif propju l-Ministru għas-Saħħa Taljan, Roberto Speranza, kien ħabbar li mill-1 ta’ Frar, l-Italja kienet se tneħħi l-obbligu li wieħed għandu jkollu ‘swab test’ negattiv qabel jidħol fil-pajjiż, la darba jkun ġej minn pajjiż Ewropej.
Il-viżitaturi kollha mill-UE jistgħu jidħol fl-Italja b’ċertifikat validu tal-vaċċin, però jidher li dalgħodu mal-Maltin ma’ kienx il-każ.