Pulizija Jarresta Żewġ Persuni Li Nqabdu Fil-Fatt Jisirqu Minn Karozza F’Ħaż-Żebbuġ

 Pulizija Jarresta Żewġ Persuni Li Nqabdu Fil-Fatt Jisirqu Minn Karozza F’Ħaż-Żebbuġ

Azzjoni f’waqtha ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija wasslet għall-arrest ta’ żewġ persuni li nqabdu fil-fatt jisirqu minn vettura pparkjata fi Triq Karmenu Micallef Buhagiar, Ħaż-Żebbuġ.

Il-każ seħħ ilbieraħ għal xi d-9pm, waqt li l-pulizija kien qiegħed jagħmel ronda b’rabta ma’ rapporti ta’ serq li seħħew fl-aħħar ġimgħat minn vetturi f’Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi, innota raġel u mara li dehru suspettużi, u ftit wara sgassaw vettura u daħlu fiha.

Kien hawn li l-kuntistabbli avviċina l-vettura u arresta liż-żewġ persuni, raġel ta’ 50 sena residenti s-Siġġiewi u mara ta’ 46 sena residenti Tas-Sliema. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li ż-żewġ persuni, fl-aħħar jiem, allegatament wettqu numru ta’ serqiet simili.

Fi stqarrija ntqal li huma ttieħdu l-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana għal aktar stħarriġ. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com